Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
IL-ĠERMANJA – Paula

F’idejna li nsemmgħu leħinna meta niġu biex nivvotaw!

Iż-żgħażagħ ma jimpurtahomx mill-futur tal-Ewropa? Ma naħsibx! Iżda jeħtieġ li nfehmu lil dawk ta’ madwarna dwar kemm huwa importanti li noħorġu u nivvotaw, u li nużaw l-inizjattiva #UżalVotTiegħek fuq flimkien.eu.

Wara li attendejt l-akkademja tas-sajf, organizzata mir-rappreżentazzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Berlin u fi Vjenna, sirt aktar attiva fil-komunità flimkien.eu.

Bħala studenta tal-istudji Ewropej, nemmen li l-votazzjoni tibda billi tinforma ruħek. Biex ninvolvu liż-żgħażagħ, norganizzaw diskussjonijiet online mal-Membri tal-PE u l-esperti. Il-parteċipanti jibqgħu sorpriżi bl-impatt tal-UE fuq diskussjonijiet politiċi tal-mument.

Barra minn hekk, qassamt mijiet ta’ bnadar għall-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa 2023 lill-membri ta’ flimkien.eu fil-Ġermanja u fl-Awstrija, u ksibt viżibbiltà fuq il-media soċjali u matul l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ fi Strażburgu.

Ninsab verament eċċitata dwar l-avvenimenti li ġejjin fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024.

Hekk kif qed nantiċipaw b’ħerqa l-avvenimenti li ġejjin fit-tħejjija għall-elezzjonijiet, ejjew namplifikaw l-ilħna tagħna flimkien, infakkru lil kulħadd dwar l-importanza li nivvotaw u nħaddnu l-inizjattiva #UżalVotTiegħek fuq flimkien.eu.