Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
IL-KROAZJA – Nino

Li tkun ċittadin Ewropew hija responsabbiltà. Jiena nqis l-identità Ewropea bħala parti mill-identità ġenerali tiegħi, għalhekk inħoss il-ħtieġa u r-responsabbiltà li nieħu ħsiebha u naġixxi kif xieraq.

Huwa għalhekk li noħloq proġetti Ewropej, nivvota, nikkampanja, nagħmel il-volontarjat, u nuża l-għodod demokratiċi kollha offruti mill-Unjoni Ewropea. Min jaf, forsi li l-pass li jmiss għalija huwa li niġi elett fil-Parlament Ewropew!

Ilni voluntier attiv mill-kampanja #thistimeimvoting / #diddarbasenivvota għall-elezzjonijiet Ewropej preċedenti. Flimkien ma’ sħabi, organizzajna attivitajiet lokali biex inqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-elezzjonijiet Ewropej. Jiena ngħatajt il-premju għall-aktar voluntier attiv u kont il-kofundatur tal-komunità taż-żgħażagħ P4 biex inħeġġu liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja demokratika.

Matul il-kampanja #flimkieneu, il-komunità P4 organizzat sessjonijiet ta’ ħidma, taħditiet u avvenimenti biex tippromwovi l-valuri, l-istituzzjonijiet u l-proċessi Ewropej. L-akbar suċċess tagħna kien l-organizzazzjoni ta’ Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ lokali f’Varaždin (il-Kroazja)!

Bħalissa, it-tim tal-P4 qed ikompli jappoġġja u jinvolvi liż-żgħażagħ kull sena matul il-festival tal-mużika KVART, li t-tim organizza għal dawn l-aħħar ħames snin, u fejn huma jipprovdu kontenut u spazju għal #flimkieneu biex jilħqu kemm jista’ jkun attivisti u voluntiera ġodda sabiex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej. #UżalVotTiegħek.