Voluntier mill-aqwa ta’ flimkien.eu:
IR-RUMANIJA – Gabriel

Dak li ispirani biex ningħaqad mal-komunità kien l-involviment tiegħi f’diversi proġetti tal-Erasmus.

Xtaqt noħloq l-opportunitajiet, minflok nistenniehom jaqgħu f’ħoġri. B’mod partikolari, Generation EU kellu rwol kbir f’li jgħinni niddjaloga ma’ komunitajiet differenti. Dan immotivani biex nespandi l-impatt tagħna, b’enfasi kemm fuq proġetti nazzjonali kif ukoll fuq dawk Ewropej b’approċċ qawwi orjentat lejn il-komunità.

Bis-saħħa tal-isforzi tagħna, sentejn ilu ftaħna żewġ ċentri taż-żgħażagħ fir-Rumanija u issa għandna aktar minn 200,000 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw f’attivitajiet bħal boot camps u f’avvenimenti organizzati mill-Parlament. Dan nagħmluh flimkien, kif dejjem ngħid jien: dan kollu ma jikkonċernax lili biss, imma lilna lkoll.

Il-pass li jmiss tagħna huwa li nieħdu l-attivitajiet tagħna fil-livell nazzjonali, billi nniedu kampanja biex inżidu l-parteċipazzjoni elettorali fir-Rumanija. Ċittadini infurmati u msaħħa huma essenzjali għal Ewropa aktar b’saħħitha. Se nkellmu lill-iskejjel, lir-reġjuni u lill-komunitajiet lokali, norganizzaw attivitajiet ta’ involviment bħal kafetteriji Ewropej, libreriji ħajjin u diskussjonijiet ma’ figuri influwenti. Għandna l-għan li nispiraw liż-żgħażagħ fir-Rumanija billi nuruhom l-impatt pożittiv tal-Ewropa.

Għalhekk, il-messaġġ tiegħi lil dawk kollha li se jivvotaw għall-ewwel darba huwa biex temmnu fikom infuskom! Dejjem ngħid lil sħabi l-voluntiera li huma għandhom il-potenzjal li jkunu supereroj. Billi jieħdu azzjoni, huma jistgħu jwettqu l-impossibbli.

Inħobbha lill-komunità tiegħi, ir-Rumanija, iżda fuq kollox inħobb l-affarijiet kollha li ħolqot l-Ewropa. Dan jikkonċerna lilna lkoll.