Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
L-AWSTRIJA – Dave

L-UE għamlitni dak li jien illum. Twelidt l-Olanda, kbirt fl-Awstrija u pparteċipajt fi skambju tal-Erasmus+ fil-Litwanja. Għal din ir-raġuni, ninsab konxju ħafna tal-impatti pożittivi li għandha l-kollaborazzjoni fost nazzjonijiet differenti.

Xprunat mit-twemmin qawwi tiegħi fil-proġett Ewropew, fl-2020 ħadt l-inizjattiva biex il-passjoni tiegħi nibdilha f’azzjoni billi sirt attivist għall-valuri Ewropej. Permezz tal-involviment tiegħi ma’ flimkien.eu u l-EUth, norganizza sensiela ta’ avvenimenti mmirati lejn l-involviment u t-tisħiħ taż-żgħażagħ Ewropej. Dawn l-avvenimenti jservu bħala pjattaforma biex tqarreb iż-żgħażagħ lejn il-politika, trawwem l-għarfien dwar il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE u tiġġieled iż-żieda fil-populiżmu.
Il-missjoni tiegħi hija ċara: għandi l-għan li nsaħħaħ liż-żgħażagħ biex jagħrfu l-vantaġġi kbar li toffri l-UE, inħejjihom jidentifikaw il-miżinformazzjoni u nispirahom jeżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 li dalwaqt magħna. Din hija sejħa għal azzjoni: ejjew ngħaqqdu l-vuċijiet tagħna u nsawru l-futur li jien u int nemmnu fih, u tinsiex, #UżalVotTiegħek.