Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
MADRID - Alejandra

Inqisu bħala privileġġ kbir li niddefendi u nippromwovi l-valuri Ewropej. Għal din ir-raġuni, dejjem nieħu vantaġġ mill-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini offruti mill-Parlament Ewropew.

Ilni membru tan-network todosjuntos.eu minn meta bdiet il-kampanja #diddarbasenivvota. Jiena wkoll membru ta’ flimkien.eu fi Brussell, fejn ħdimt matul l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

Fl-2019 waqqaft Junior Female Leaders, network b’saħħtu ta’ nisa bi kwalifiki għoljin li jużaw kontenut diġitali biex jindirizzaw kwistjonijiet kruċjali fir-relazzjonijiet internazzjonali, bl-għan li jtejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni u l-aċċess għad-dominju għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-ħidma tagħna tinvolvi li nqajmu kuxjenza u li nitolbu b’mod urġenti għal opportunitajiet indaqs għan-nisa fix-xena globali. Minn dan il-lat, inħossni appoġġjata mill-Parlament Ewropew, u nemmen li aħna lkoll responsabbli biex niddefendu u nżommu d-demokrazija ħajja.

L-Ewropa hija proġett kontinwu li lkoll kemm aħna rridu nipparteċipaw fih flimkien. Bħala konsulenta tal-komunikazzjoni u promotur tal-alleanzi strateġiċi, jiena ddedikata bis-sħiħ għall-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea.